Saturday, December 21, 2024

“Ma ksirt ebda kodiċi ta’ etika” – l-eks Kummissarju Ewropew, John Dalli

Aqra wkoll

“Ma ksirt ebda kodiċi ta’ etika”. Hekk iddikjara l-eks Kummissarju Ewropew, John Dalli meta ħareġ mill-Qorti.

John Dalli llum kien il-Qorti fejn  l-Avukat Antoine Agius Bonnici, mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qal li għad ma hemmx ċertezza jekk Dalli jistax ikun mixli.

Hu semma li hemm trattat tal-Unjoni Ewropea li jingħad li ċertu uffiċjali, fosthom Kummissarji Ewropej, jistgħu jkollhom l-immunità fuq prosekuzzjoni.

L-akkużi ta’ Dalli huma marbuta ma’ allegata talba minn eks kollaboratur tiegħu biex tinbidel liġi Ewropea dwar l-isnus, forma ta’ tabakk li ma jitpejjipx.

Id-Difiża ta’ Dalli akkużat lill-Prosekuzzjoni li qed iġebbdu l-affarijiet u dan minħabba li m’għandhomx każ b’saħħtu biżżejjed kontrih.

Ekonomija

Sport