Wednesday, April 24, 2024

Tottenham ma għadhom l-ebda pjan biex jakkwistaw lil Gareth Bale

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur m’għamlux pjani biex jerġgħu jiffirmaw lil Gareth Bale mingħand Real Madrid.

Bil-kuntratt tal-player minn Wales fil-Bernabeu jasal fi tmiemu fis-sajf li ġej, xnigħat fi Spanja ssuġġerew li kien probabbli li se jirritorna fit-Tramuntana ta’ Londra għat-tielet perjodu.

Bale għamel 34 dehra b’self ma’ Spurs l-istaġun li għadda u skorja 16-il goal, wara li ħalla lill-club biex jingħaqad ma’ Real Madrid fl-2013.

Tottenham bħalissa m’għandhom l-ebda intenzjoni li jerġgħu jagħmlu offerta għal Bale minkejja l-ammirazzjoni rrappurtata ta’ Antonio Conte lejn il-player.

Conte u d-direttur maniġerjali tal-football tal-club, Fabio Paratici, għad iridu anke jiddiskutu akkwisti ġodda possibbli qabel it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Injury fil-hamstring fissret li Bale għamel biss tliet dehriet ma’ Real Madrid dan l-istaġun, iżda huwa lest li jirritorna minn injury meta Wales jiffaċċjaw lill-Belarus is-Sibt.

Sport