Sunday, December 29, 2024

“Ma naċċettax li jitħallew jegħrqu, iżda dawk li mhumiex intitolati għall-ażil għandhom jiġu rilokati”

Il-Ministru Byron Camilleri

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt id-diskors tiegħu fl-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar l-immigrazzjoni, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri qal li l-immigrazzjoni mhijiex biss dik irregolari. 

Tenna dwar l-opinjoni b’saħħitha ta’ ħafna li twassal għal aktar argumenti dwar is-suġġett. Tkellem dwar żewġ tipi ta’ estremisti. Dawk li ma jridu l-ebda forma ta’ immigrazzjoni u dawk li jridu li ma jkun hemm l-ebda għarbiel għall-immigrazzjoni.

Dwar l-immigrazzjoni rregolari, Camilleri qal li hemm realtajiet ta’ nies li jgħidulek li Malta ma jistgħux jiġu u li għandna nħalluhom jerqu jew li ma jistgħux jiġu u oħrajn li jemmnu li pajjiżna għandu jkun miftuħ għal kulħadd u jsolvi ħafna problemi.

Il-Ministru qal li pajjiżna għandu regoli u obbligi internazzjonali li ma jistax jinjora u bl-istess mod għandu obbligi tal-fruntiera u xi drabi relazzjonijiet mas-sigurtà tal-pajjiż. 

Il-Ministru tkellem il-bżonn li min għandu bżonn protezzjoni jingħata servizz tajjeb. Fl-istess ħin, il-Ministru qal li hemm dawk li huma ħafna li mhumiex intitolati għal protezzjoni internazzjonali u allura m’għandhomx dritt li jibqgħu jirrisjedu f’pajjiżna. 

Il-Ministru qal li l-poplu jitlob li l-awtoritajiet jaħdmu biex dawk li jabbużaw minn dan it-titlu, dawk li ma jkollhomx dritt, jintbagħtu lura fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

Il-Ministru tkellem dwar it-traffikanti u qal li dawn se jibqħu jpoġġu sfida fuq diversi pajjiż. Hawnhekk huwa sostna dwar l-importanza li pajjiżna u oħrajn Ewropej jiddjalogaw mal-Libja biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun it-tluq mill-pajjiż.

Ekonomija

Sport