Monday, May 13, 2024

Hibernians jikkonfermaw lill-coach Stefano Sanderra għal sentejn oħra

Aqra wkoll

Iċ-champions Hibernians ikkonfermaw lil Stefano Sanderra bħala l-coach tagħhom għal sentejn oħra.

Sanderra kien ingħaqad mal-Pawlisti fl-2018, u dan l-istaġun rebaħ it-titlu tal-Kampjonat Premier. Qabel ma ġie Malta, ikkowċja lil L’Aquila, Isernia, Potenza, Frosinone, Tivoli, Cosenza, it-team tal-primavera ta’ Messina, Gela, Barletta, Cassino, Latina, Salernitana, Catanzaro, Viterbese, Sambenedettese u Racing Fondi.

Il-club aktar kmieni din il-ġimgħa ħabbar l-akkwist ta’ Gabriel Mensah mingħand Gudja United u estenda l-kuntratti ta’ Ferdinando Apap, Thaylor Aldama u Ali Diakite.

Sport