Friday, December 13, 2024

“Ma nafx kif irrid inderri”… Jibku t-telfa tal-kelb li tilef ħajtu f’hit and run

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Jgħidu li kelb huwa fost l-aqwa ħbieb li jista’ jkollok, u bir-raġun għax jafu jħobbu b’imħabba kbira mingħajr ma jistennew xejn lura. Ħafna drabi l-annimali jsiru parti minnha u meta dawn jiġu neqsin, ikun bħal donnu tlifna parti minnha.

Ilbieraħ sfortunatament l-Għaqda tan-Nar 19 ta’ Marzu Rabat – Malta tilfet il-maskot tal-kamra, Ruby, il-kelb li kien aktar bħala familja għal dawk kollha li kienu jitilgħu u jiġu milqugħa minnu.

Talk.mt tkelmet ma’ rappreżentanti tal-Għaqda li qalulna li Ruby kellu tmien snin u ġeddew il-memorji ta’ meta ġabuh bħala ġeru u kiber magħhom. B’dieqa kbira qalulna li sfortunatament Ruby tilef ħajtu f’hit and run fi triq quddiem il-kamra tan-nar. Mistoqsija jekk hemmx xi kameras biex forsi jaqbdu min seta’ wettaq dan, qalulna li l-kameras jinsabu wara l-kanċell tal-kamra tan-nar.

“Ruby kien fidil u jifraħ b’kull min jiġi l-kamra tan-nar. Dejjem jiġri u jgħaqad bejnietna. Ilbieraħ kienet ġurnata normali. Xħin wasalna ftaħnielu u għall-ħabta tad-9.00a.m. insibuh mejjet fi triq quddiem il-kamra tan-nar. Xi ħadd tgħajjru u baqa’ għaddej… sabu bniedem minn tagħna stess,” qalu l-istess rappreżentanti tal-Għaqda.

Żiedu jgħidu: “Ovjament aħna mdejqin ħafna. Kien qisu mhux biss il-kelb tagħna imma l-baby tagħna li dejjem jiġri magħna.”

“Ruby kien gustuż ħafna u speċjalment meta konna niefqu nieħdu xi kafe jew xi biċċa ħobż, kien jitla bilqiegħda fuqna biex jiekol l-ħobż minn tagħna,” temmew jgħidu.

Tkellimna wkoll ma’ Rennie Borg li qalilna: “Dan kien kelb friendly hafna. Kien il-pet tal-kamra tan-nar ta San Gużepp tar-Rabat li qiegħda l-Għemmieri L/O Rabat. Kien magħna fil-kċina u ma nafx kif ħareġ mil-kċina. Wara ftit minuti ġie seħibna ħdejna u qalilna li hemm Ruby mejjet fit-triq. Ħrigna niġru u sibnih mejjet fit-triq. Ruby kien dejjem miegħi u ma kienx jafdani… dejjem maġenbi xħin kont inkun naħdem in-nar. Ta’ kull filgħodu kont nagħtih il-ħalib malli nasal għax kien ikun maqful fil-kċina. Malli jsir nofsinhar kien jiġi jmissni biex qabel nitlaq kont nagħtih biċċa tiġieġa u kien iwassalni sal-kanċell tal-kamra. Ma nafx kif irrid inderri għax diġà qiegħed inħoss in-nuqqas tiegħu.”

Ekonomija

Sport