Thursday, December 26, 2024

“Ma nattakkawx lil min jieħu ħsieb il-futur ta’ pajjiżna”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap tal-PN dwar l-istrajk tal-għalliema fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, f’intervista li saritlu fuq Net TV sostna li fis-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija tal-Covid-19, il-Gvern ma kellux jattakka lill-għalliema li ħadu azzjoni industrijali minħabba li n-numru tal-każijiet ġodda, qegħdin jiżdiedu. 

Filwaqt li l-kap tal-Partit Nazzjonalista ammetta li l-Gvern ħa għadd ta’ miżuri ssuġġeriti mill-action grupp li waqqaf huwa stess, sostna li huwa kieku, ma kienx jattakka proprju lil dawk li jieħdu ħsieb u jedukaw il-futur tal-pajjiż. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-għalliema kullma talbu kien li jsiru ftit ġranet ta’ lezzjonijiet online sakemm is-sitwazzjoni tal-Covid-19 tikkalma. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li huwa wkoll jaqbel li post it-tfal huwa fl-iskola imma żied jgħid ukoll li dan m’għandux isir akkost ta’ kollox. Huwa jemmen li għandhom jittieħdu l-aħjar miżuri biex kemm it-tfal, l-għalliema u l-familji tagħhom ma jerġgħux jispiċċaw fi kwarantina jew jimirdu. 

Ekonomija

Sport