Sunday, December 22, 2024

“Ma ngħidux hekk għaliex bħal Labour nippruvaw inroxxu… aħna nitkellmu b’responsabbiltà”

Aqra wkoll

Waqt żjara f’Ħal Lija, il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-PN Bernard Grech qal li dejjem kienu favur li jkun hemm aktar żvilupp sostenibbli, għaliex jifhmu li dejjem hemm bżonn li jkun hemm aktar binjiet pero dejjem kienu bil-għaqal u responsabbli li ħarsu wkoll iċ-ċentri urbani tagħna.

Qal li fil-viżjoni tagħhom raw li jridu jwieżnu lill-għadiet volontarji. “Dan il-gvern kisser l-għaqdiet volontarji billi żied il-burokrazija u l-ispejjeż fuqhom daqslikieku huma xi kumpaniji kbar,” qal Grech. “Ma tistax tgħabbi għaqda volontarja magħmulha minn nies li qed jiddedikaw ħinhom biex jagħmlu ġid fil-komunità u tqishom mill-bidu li huma kriminali. Għalina dan mhux aċċettabbli. Nemmnu fil-volontarjat u nemmnu li l-volontiera Maltin, fil-maġġoranza assoluta tagħhom, huma nies tal-affari tagħhom li qegħdin hemm biss biex jagħmlu l-ġid.”

“Innaqqsu l-burokrazija u ngħinu persuni fil-kumitat li jkollhom bżonn jieħdu xi ġurnata jew nofstanhar leave biex imorru ħalli japplikaw għal xi permessi. Nemmnu wkoll fil-volontarjat – li tagħti ħinek u t-talenti tiegħek biex tagħmel il-ġid mingħajr ma tistenna xejn lura.”

Tkellem dwar il-fatt li jridu jżidu l-istipendju tal-istudenti b’25%. “Mhux qed ngħidu hekk għaliex bħal Labour nippruvaw inroxxu, għaliex bħal Labour il-ħin kollu jridu jaraw kif se jgħidu xi ħaġa li hija freebie. Aħna nitkellmu b’responsabbiltà. Għaliex se nżidu l-istipendji b’25%? L-ewwel ħaġa għax nemmnu fl-edukazzjoni u t-tieni għax nemmnu fl-istudent li huwa l-uniku riżorsa ta’ veru li għandu dan il-pajjiż.”

Ekonomija

Sport