Wednesday, July 24, 2024

“Ma ninsew qatt”- iben li familtu kellha l-interdett

Aqra wkoll

L-interdett li kien ingħata lill-Eżekuttiv Laburista llum jagħlaq 63 sena. Kien fit-8 ta’ April 1961, meta  l-Kurja tat l-interdett  lill-Eżekuttiv Laburista, inkluż il-Kap tal-Oppożizzjoni Dom Mintoff. Ġrajja li ħalliet feriti fondi. Feriti li minkejja ż-żmien li għadda għadhom miftuħin. 

Persuna, li xtaq li nżommu l-identità tiegħu mistura, kien tkellem magħna dwar dak li għaddiet minnu familtu. Persuna li spiċċa telaq minn pajjiżna minħabba dak li għadda minnu. Nistaqsuh, bħala persuna li ġej minn familja li kellha l-interdett, kif kien ħares lejn l-azzjoni ta’ Mons Arċisqof Charles Scicluna li kien bierek dik il-parti taċ-ċimiterju magħrufa bħala l-miżbla.

Jgħidilna li “jien minn Ħal Lija. Nafu sew. Naf bil-kontroversji li nqalgħu b’diskors li għamel. Meta rajtu jbierek l-oqbra ta’ missirijietna ma weġġagħni xejn anzi – kom- plejt nikkonvinċi ruħi f’dak li nemmen. Aħna sofrejna għax ridna lil Malta tkun stat sovran u nies oħra ħadmu kontra għax riedu Malta taħt l-Istat tal-Vatikan. Ngħidlek id-dritt dħakt meta rajtu jbierek. Għalija teatrini. 

Kelli biss tminn snin għax mort festin tal-Milied, keċċieni mill-qrar – ċaħduni mis-sagramenti. Il-Buluttin tant dam fuq il-gwardarobba li rabba trab. Immaġina tara lil ommok tibki għax kienet qaddisa imma Mintuffjana – immaġina x’kienet tħoss meta jbierku u jaqbiżha. Immaġina x’kienet tħoss meta jmiss li jġibu d-Duluri u lilha jaqbżuha. Meta missierek jitneħħa minn CID u jneżżawh. Immaġina tisma’ lil missierek jgħid dan lil ommok u jgħidilha li jekk ma jagħmilx li jgħidulu joqtlulu lill-familja bil-ġuħ. Ġrew wara oħti tqila jiġbdulha xaharha.” 

Jgħidilna li, “immaġina bħala tifel tkun l-aqwa fl-iskola tgħaddi għal San Alwiġi u għax missieri għandu timbru ma jdaħħlunix hemm. Dan hu ftit minn dak li għaddejna minnu. Hemm disa’ ħuti oħra li kollha sofrejna. Imma bqa- jna suldati tal-azzar. Jien emigrajt għax ma flaħtx fl-1987 li nerġa’ ngħaddi minn dak kollu. Ġejt l-Awstralja. Ġejt hawn studjajt u sirt għalliem u komplejt l-istudju għal artist. Ftaħt l-iskola Maltija u ferrixtha. Ippruvajt nagħti ċans lil dawn imma xitan ma jaħmilx anke hawn sibthom. Jien għadni difensur tal-Istat Malti għax nemmen dak biss jista’ jwassalna fit-triq li nkunu bħan-nies. Xejn kontra reliġjon għax nemmen li kulħadd għandu dritt jemmen li jrid. Edukajt ħafna nies f’ħajti. Siġra tagħrafha mill-frott tagħha.” 

Jisħaq li “għalija personali dħakt għax jien morlament konvent li ma kienx hemm maturità f’dak li sar. Kif jgħid il-Malti l-eżempju jkaxkar. imma li għamel ma jkaxkarx attitudni solenni għal dawk li sofrew taħt id-dnub il-me- jjet u l-interdett. Aħna ġejna misħutin għall-infern ta’ nar ta’ dejjem. Dawk misħuta ġew ikkundannati u hemm turi kemm kienet kiefra l-Knisja ma’ min ma jaqbilx magħha. Bħal Saydon u ħafna oħrajn. 

Kellek skomunikazzjoni, eżilju, firda fost l-aħwa. Mibegħda bejn miżżewġin. Aħna l-valuri tagħna huma bħall-valuri ta’ Kristu, ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek u lil Alla b’qalbek kollha. Jekk verament ried juri solidarjetà naħseb li l-ewwel li ma jrid jagħmel hu li ma jħalli lil ebda qassis jindaħal fil-politika partiġġjana. Fuq il- pulptu għandhom jispjegaw il-Kelma t’Alla u xejn iktar. X’jagħmel l-Istat hu xogħol dawk li neleġġu. 

X’tagħmel il-Knisja hu tal-Knisja. Dak li hu t’Alla agħtih lil Alla dak li hu tal-poplu u gvern agħtih dak li jixraq. Għalxejn jitfa’ qtar tal-ilma meta Alla jibgħat xita hemm. Messu jikteb l-istorja vera x’għamlet il-Knisja fuq irħama. Minkejja dak li sar, xorta sirt nies grazzi għal missieri li rabbieni soċjalist moderat. Lil missieri Mintoff għax urieni triq u lil Alla bħal missier li tani dehen biex nagħraf bejn dak li hu ħażin u tajjeb.” 

Imma lest li tinsa, dan l-episodju? 

Għal din id-domanda jgħidilna li “le qatt anzi għandha tiġi edukata u mfak- kra fil-kotba tal-iskola, bħalma qatt m’għandek tinsa x’ġara fiż-żminijiet ta’ qabel. Ħasra li kontroversja spiċċat kontra Vassalli u oħrajn għax riedu jedukaw lill-poplu bħalma ġara lil Manwel Dimech u l-istess Mintoff. Le qatt ma għandha tiġi minsija għax il-poplu sofra. Il-ħelsien għadu mhux komplut.” 

Ekonomija

Sport