Thursday, October 3, 2024

“Ma nistax ma nxebbaħx il-ħajja ta’ Francesco ma’ dik tal-Beatu Carlo Acutis”

Aqra wkoll

“Ma nistax ma nxebbaħx il-ħajja ta’ Francesco ma’ dik taż-żagħżugħ beatu Carlo Acutis. Francesco u Carlo kienu daqs xulxin u fil-karattru tagħhom it-tnejn dejjem għarfu li lill-Alla jżommuh preżenti dejjem f’ħajjithom, minkejja l-isfidi u t-tbatijiet li l-ħajja tista toffri. 

Dan kien il-messaġġ li wassal  il-qassis, hekk kif dalgħodu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar kienet qed tingħata l-aħħar tislima liż-żagħżugħ Francesco, li tilef ħajtu ta’ 15 -il sena, hekk kif kien qiegħed jiġġieled il-battalja kontra l-kanċer. 

Fl-omelija, Francesco ġie ddiskrevut bħala żagħżugħ umli u li jinfetaħ għall-grazzja ta’ Alla. Minkejja li kien jaf bil-limitazzjonijiet tiegħu, kien ikun ferħan bħal San Franġisk. Ġie spjegat ukoll li l-qassis xebbaħ lil Francesco ma’ San Franġisk, il-għaliex iż-żagħżugħ kellu l-istess ħolm tiegħu. 

Intqal ukoll li Francesco kien għaraf li fil-ħajja l-iktar ħaġa importanti mhijiex li persuna tkun ferħana, iżda li tħobb. Dan għaliex kien jemmen li meta wieħed iħobb, il-ferħ jiġi waħdu 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport