Saturday, December 14, 2024

“Ma’ Puttinu, vjaġġ tad-dwejjaq jinbidel f’wieħed pożittiv”

Jitkellmu l-ġenituri ta' tifla li għal dawn l-aħħar sentejn u nofs għamlet użu mis-servizzi ta' Puttinu

Aqra wkoll

“Ma’ Puttinu, vjaġġ tad-dwejjaq jinbidel f’wieħed pożittiv fejn timmissja dawk il-mumenti li kont tmur l-isptar”. Dan hu l-mod kif iddeskrivew il-vjaġġ tagħhom ma’ Puttinu Cares il-ġenituri ta’ Kim — tifla, li wara sentejn u nofs illum kellha l-aħħar vista fir-Rainbow Ward.

Il-ġenituri komplew jgħidu li bħalissa qed iħossu taħlita ta’ emozzjonijiet għax għalkemm jinsabu ferħanin li issa jistgħu jidħlu f’fażi ġdida f’ħajjithom, se jħossu n-nuqqas tan-nurses, it-tobba u l-assistenti tagħhom, kif ukoll tal-pazjenti u l-qraba tagħhom, hekk kif matul iż-żmien dawn l-individwi saru qishom membri tal-familja.

Huma faħħru x-xogħol inkredibbli li jagħmlu t-tobba u n-nurses, li saħansitra jmorru ’l barra minn triqithom sabiex jakkomodaw lill-pazjenti tagħhom.

Il-ġenituri taċ-ċkejkna, fil-messaġġ li għaddew lil Puttinu, qasmu perjodu mill-vjaġġ tagħhom fejn kienu qed jidħlu l-isptar darba kull jumejn minħabba li kienu waslu fl-iktar stadju iebes tat-trattament. Huma qalu li minkejja l-biża’ li kienu maħkuma minnha, permezz ta’ tbissima mit-tobba u n-nurses kien jirnexxilhom jerġgħu jgħollu l-moral.

Ekonomija

Sport