Sunday, December 22, 2024

“Ma rridux nieqfu biex il-football tan-nisa lokali jkompli fit-triq tal-progress”

Jose Borg - coach ta’ Birkirkara.

Aqra wkoll

It-team tan-nisa ta’ Birkirkara sar l-ewwel team Malti li kiseb rebħa fil-UEFA Women’s Champions League biex kiteb paġna b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-club glorjuż tiegħu

Wara li tilfu l-ewwel partita tagħhom kontra FK Sarajevo 2000 bl-iskor kbir ta’ 4-0, l-Istripes pattew bil-kbir hekk kif fil-partita għat-tielet u r-raba’ post huma għelbu lil Glentoran tal-Irlanda ta’ Fuq bl-iskor ta’ 2-1 sabiex spiċċaw fit-tielet post ta’ dan it-turnament kwadrangulari. 

Kienu l-Irlandiżi li daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ gowl skorjat minn Kelly Baillie wara 13-il minuta logħob. Iżda l-Karkariżi wrew grinta liema bħalha biex dawru telfa f’rebħa bl-iskor ta’ 2-1 bl-iskorers ikunu Raina Giusti fis-47 minuta u Charlene Zammit fit-58 minuta.

Talk.mt tkellem mal-coach il-ġdid ta’ Birkirkara FC Jose Borg li deher ferm kuntent u sodisfatt b’dak li rnexxielhom jakkwistaw il-plejers tiegħu.

“Kienet rebħa ferm sabiħa li ksibna bħala Birkirkara FC, xi ħaġa li bħala klabb konna ilna għaliha u li sa fl-aħħar saret realta’. Il-fatt li tirbaħ logħba internazzjonali fuq livell ta’ futbol tan-nisa hi dejjem xi ħaġa prestiġġjuża.”

Borg, li t-tmexxija tat-team minflok Melania Bajada, qal li l-plejers tiegħu rsistew ħafna tul dawn is-seba’ ġimgħat kemm ilhom li bdew it-taħriġ tagħhom. Hu rringrazzja wkoll lill-istaff tekniku tiegħu li sejħilhom bħala nies li jirsistu għall-ġid tat-tim. 

Jose Borg tkellem dwar l-ewwel logħba kontra Sarajevo li kienet waħda ferm diffiċli bir-riżultat ta’ 4-0 li jixhed dan kollu.

“Wettaqna xi żbalji fil-mumenti kruċjali tal-logħba u ġejna kkastigati għal dan kollu. Madankollu rridu ngħidu li Sarajevo hu tim ta’ livell għoli ħafna.”

Il-coach il-ġdid ta’ Birkirkara spjega li aktar tard filgħaxija Glentoran kellhom jilagħbu kontra Olimpia Cluj u kien hawn li l-plejers u d-diriġenti tal-klabb kellhom iċ-ċans jistudjaw sew lill-avversarji.

“Ġaladarba studjajna lill-avversarji tagħna, stajt nfassal tattika kif konna se nilagħbu f’din il-partita li għalkemm kienet għat-tielet u r-raba’ post kellha prestiġġju kbir għax ridna niksbu r-rebħa li eventwalment waslet.”

Borg faħħar il-grinta u d-determinazzjoni tat-tfajliet Karkariżi li ma waqfu qatt fil-logħba kontra Glentoran u dan kollu kien ifisser li nkiseb dak ir-riżultat tant mistenni.

Il-coach Karkariż fisser kemm ħadmu qatigħ sabiex jibni skwadra b’saħħitha tant li apparti xi Maltin li kisbu, ġabu tliet barranin li komplew isaħħu l-iskwadra aktar.

Finalment, Jose Borg kien ferm kuntent li aktar timijiet Maltin mhux b’inqas Birkirkara qed jirnexxielhom jiksbu riżultati pożittivi fix-xena internazzjonali. “M’hemmx xi ngħidu li konna ferm ferħanin b’dak li ksibna. Issa rridu nibqgħu dejjem

Ekonomija

Sport