Sunday, May 19, 2024

Terence Azzopardi jirbaħ il-Pasta Poiatti Kampjonat Nazzjonali Autocross

Aqra wkoll

Terence Azzopardi rebaħ l-ewwel kampjonat tiegħu wara li daħal fil-ħames post fil-Finali Klassi A, is-Sibt 6 ta’ Awwissu. Terence pparteċipa f’dan il-Kampjonat b’mudell ġdid, Opel Tigra, li kienet suċċess sa mill-ewwel ġurnata.

Il-ġurnata kienet mirbuħa miċ-champion attwali Karl Micallef fuq Opel Corsa, segwit minn Justin Buttigieg fuq Opel Nova, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Joseph Spiteri fuq Opel Corsa. Terence Azzopardi u Geert Grech daħlu fil-ħames u s-sitt post rispettivament, it-tnejn fuq Opel Tigra.

Final B kienet mirbuħa minn Dorianne Galea segwita minn Theo Micallef, it-tnejn fuq Ford Fiesta. Jerome Peplow temm fit-tielet post fuq Kia Avella, segwit minn Joseph Micallef fuq Opel Corsa. Matthew Borg u Luca Camilleri daħlu fil-ħames u s-sitt post rispettivament, it-tnejn fuq Opel Nova. Il-Kampjonat ta’ Klassi B se jkun deċiż fl-aħħar ġurnata b’ħames punti biss jifirdu lil Dorianne Galea minn Nicovich Chircop.

L-aħħar round tal-kampjonat se jittella’ s-Sibt 27 ta’ Awwissu, fis-7.30pm.

Sport