Wednesday, December 25, 2024

“Ma rridx nisma’ li l-Partit Laburista se jirbaħ żgur”

Aqra wkoll

Waqt attività Politika bit-tema Malta Flimkien, il-Ministru Edward Zammit Lewis beda bl-indirizz tiegħu billi qal li ftit tas-snin ilu qalulhom fejnhom il-Laburisti u li ftit tal-ġranet ilu riedu wkoll iwaqqgħu ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Zammit Lewis kompla biex jindirizza lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u qallu li biex jagħmel dan jeħtieġ jgħaddi minn fuq kull wieħed u waħda minn dawk li nġabru flimkien fil-Fgura.

Huwa għamel distinzjoni bejn il-Prim Ministru Robert Abela li kien bniedem ta’ suċċess sa minn qabel inħatar f’din il-kariga. Minn naħa l-oħra huwa qal li l-Partit Nazzjonalista huwa mmexxi minn bniedem li mar żewġ programmi fuq it-televiżjoni u sar kap tal-partit.

“Ma rridx nisma’ li l-Partit Laburista se jirbaħ żgur”, sostna Zammit Lewis filwaqt li kompla jappella lill-pubbliku biex jikkontribwixxi bil-vot tiegħu. Tenna li l-Partit Laburista jrid il-ġustizzja u l-mobbiltà soċjali u taħt gvern Laburista, kulħadd għandu l-opportunità li jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.

Ekonomija

Sport