Wednesday, December 25, 2024

“Ma smajna l-ebda risposta dwar is-sorveljanza tat-tfal waqt il-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ minn l-iskejjel” – POU

Aqra wkoll

L-unjin ser tkun qed iżżid id-direttivi fil-jiem li ġejjin

Fi stqarrija l-Police Officers Union qalet li hija tinstab imħasba għaliex bħala unjin għadha ingħatat ebda risposta mill-Ministru Byron Camilleri rigward is-sorveljanza tat-tfal waqt il-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ minn l-iskejjel.

Fid-dawl ta’ dan min-nhar it-tnejn 1 ta’ Novembru 2021 il-pulizija ser jibdew bl-uniformi tax-xitwa għalhekk il-POU tħeġġeġ lill-membri tagħha biex ikomplu josservaw id-direttivi.

L-unjin żiedet tgħid li hi tħoss li għandha terġa’ tibda żżid id-direttivi għalhekk ser inżidu żewġ direttivi ġodda. “Dawn id-direttivi ser jkunu biex ma tintlibisx l-ingravata fuq l-uniformi tax-xitwa u l-pulizija nisa ma jiġbrux xagħhrom.”

L-unjin fakkret lill-membri li d-direttivi huma dawn li gejjin:

•Ma tintlibisx il-beritta tas-servizz.

•Ma tintlibisx il-lanyard mal-uniformi.

•Ma titqaxxarx il-leħja.

•L-uffiċini kemm dawk tad-distretti kif ukoll dawk tad-depot tal-pulizija ma jibqgħux jaqdu nies wara l-ħin ta’ nofsinhar

• Ma tintlibisx l-ingravata fuq l-uniformi tax-xitwa.

• Il-Pulizija Nisa jistgħu ma jiġbrux xaghhrom.

Il-POU tixtieq tavża lill-membri kollha tagħha sabiex javviċinaw lix-shop stewards jew lill-membri tal-kumitat eżekuttiv f’każ li jiġu mhedda jew ordnati sabiex ma jobdux dawn id-direttivi jew ukoll mgħotija ordnijiet oħra. L-Unjin ikklarifikat li dawn id-direttivi qegħdin ukoll għal dawk l-membri li jattendu l-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati.

Il-POU fakkret lill-pubbliku ġenerali li bħala unjin “dawn it-tip ta’ direttivi huma l-unika mod kif nistaw insemmgħu leħħinna. Għalkemm ilna tul ta’ snin li gejna mgħotija id-dritt tal-union għadna sal-ġurnata tal-lum mingħajr dritt li nagħmlu strike bħall-unions oħra.”

Ekonomija

Sport