Monday, May 13, 2024

Under 21: Gilbert Agius isejjaħ skwadra proviżorja ta’ 29 plejer

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Gilbert Agius, ħabbar l-iskwadra proviżorja  ta’ 29 plejer għaż-żewġ logħbiet validi minn Grupp C tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kmapjonat Ewropew. 

Malta tilqa’ lil Spanja fis-Centenary Stadium, nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Novembru, meta mbagħad, erbat ijiem wara imorru jilagħbu kontra l-Irlanda, f’Mourneview Park, f’Lurgan.

Mill-konfronti tax-xahar li għadda, it-telfiet ta’ 2-1 kontra l-Litwanja u dik ta’ 4-0  kontra s-Slovakkja, saru xi bidliet. 

Id-difensur ta’ Floriana, Adam Magri Overend, u l-goalkeeper ta’ San Gwann, Cain Formosa,  se jkunu neqsin minħabba li ġew magħżula fl-iskwadra tal-kbar, 

B’kollox hemm seba’ uċuħ ġodda. Dawn huma Zean Leonardi (Pietá H.), Nikolai Micallef (Hamrun S.), Michael Gatt (Qrendi), Gianluca Sciberras (Mosta), Leo Agius (KVC Westerlo), Calvin Camilleri u Ryan Tonna (Marsaxlokk). 

L-iskwadra msejħa hija: 

Goalkeepers – Matthias Debono (Hamrun S.), Duncan Formosa (Gudja U.), Amara Sylla (Birkirkara).

Defenders – Adam Bradshaw (Balzan), Matthew Ellul (Hibernians), Christian Gauci (Valletta), Zean Leonardi (Pietá H.), Nikolai Micallef (Hamrun S.), Sheldon Mizzi (Pietá H.), Samuel Okoh (Pietá H.), Carlo Zammit Lonardelli (Sirens).

Midfielders – Ayrton Attard (Hibernians), Jean Paul Attard (San Ġwann),  Alejandro Garzia (Floriana), Michael Gatt (Qrendi), Jake Ghio (Pietá H.), Marcus Grima (Balzan), Karl Mohnani (Swansea  U.), Gianluca Sciberras (Mosta), Andreas Vella (Santa Lucia).

Attakkanti – Leo Agius (KVC Westerlo), Calvin Camilleri (Marsaxlokk), Jamie Carbone (Santa Lucia), Jake Engerer (Sliema Wanderers), Bradley Sciberras (Floriana), Jamie Sixsmith (St.Andrews), Ryan Tonna (Marsaxlokk), Larens Vella (Rabat Ajax), Andrea Zammit (San Ġwann).

Sport