Monday, December 23, 2024

“Ma stajniex inkunu ħdejn ommha qabel mietet bil-COVID-19” – Brandi Bennett

Aqra wkoll

Minn Victor Vella

“Ibqgħu ġewwa. Għamlu dmirkom. Dawk il-ħaddiema li qegħdin fuq quddiem jiġġieldu l-coronavirus ma jifilħux jaraw aktar sofferenzi. Ma nifilħux li jittieħdu aktar sodod bi ksur jew inċidenti. Missieri miet bħal dan iż-żmien ħames snin ilu. Kelli x-xorti imma li inkun bilqiegħda ħdejh. Inżommlu idejh. Urejtu li nħobbu waqt li kien se jgħaddi għal ħajja li jmiss. Michelle u familtha ma kellhiex din ix-xorti. Ħadd m’għandu jgħaddi mill-esperjenza li hi għaddiet. Qalbna nqasmet. Ma stajniex inkunu m’ommha Carol, fl-aħħar mumenti ta’ ħajjitha minħabba COVID 19.” 

Dan iddikjaratu Brandi Bennett, is-sieħba ta’ Michelle, li fl-aħħar jiem għaddiet mill-agħar esperjenza. Kienet taf li ommha se tmur bil-COVID-19 imma ma setgħetx tkun ħdejha lanqas tkellimha. Kienet infermiera li ppruvat ittaffi dan billi użat il-mowbajl  biex isir kuntatt ma’ bintha Michelle u n-neputijiet. 

Fi kliem Michelle, “lanqas nista’ nemmen. Ġimgħa ilu kienet fid-dar tal-anzjani u issa mejta. Kienet pożittiva għal COVID-19. Meta l-kundizzjoni tagħha ddeterjorat u ma kienx hemm tama, l-infermiera użat il-mowbajl  biex inkellmuha għall-aħħar darba. Kien mument iebes. Lit-tfal qaltilhom kemm hi kburija bihom. Bkejna. Meta kienet waslet biex tmut l-infermiera għamlet facetime. Sellimtilha tal-aħħar. Għedtilha li nħobbha. Kien hawn li ħarist lejn l-infermiera. Minkejja dak kollu li kienet liebsa rajtha tibki. Bdiet tmelles xahar ommi. Għamlet dak li jagħmlu tal-familja”. 

Brandi is-sieħba ta’ Michelle, titkellem dwar dan  ukoll u tgħid li “ma nistax nimmaġina l-emozzjoni għal dawn l-eroj li qed jieħdu ħsieb dawn il-pazjenti.  Infqajt nibki nirringrazzjaha.”

Tispjega kif irċevew messaġġ li kien jgħid “din hi waħda mill-infermieri li qed tieħu ħsieb lil ommok. Hi lesta li tgħinkom tikkomunikaw magħha ikun x’ħin ikun, disponibbli 24 siegħa. Tiddejjaqx tikkuntattjawha biex tkellem lil ommok. Għamilna dakk kollu li stajna. Nistgħu nimmaġinaw kemm din hi iebsa. Ma kinitx waħidha. Qed nieħdu ħsiebha, sakemm kif qal il-pastor il-Mulej jilqagħha fi ħdanu.”

Carolann Christine Gann li kellha 75 sena mietet bil-COVID fl-aħħar jiem. Carolann Christine Gann, għal xejn inqas minn 38 sena ħadmet bħala infermiera.

Ekonomija

Sport