“Irnexxielna nibqgħu sodi għal 50 jum diġà. 50 jum ta’ invażjoni Russa minkejja tbassir minimu ta’ ħamest ijiem biss.” Hekk beda biex jgħid il-President Ukren Volodymyr Zelensky fid-diskors tiegħu li fih fakkar il-50 jum ta’ invażjoni Russa.
Zelensky faħħar din il-kisba li setgħet tkun possibbli biss grazzi għall-kontribut ta’ miljuni ta’ Ukreni li “ħadu l-aktar deċiżjoni importanti f’ħajjithom” meta għażlu li jiddefendu lil pajjiżhom.
L-armata ta’ Vladimir Putin invadiet l-Ukrajna fl-24 ta’ Frar li għadda u f’din il-ġlieda tilfet ukoll eluf ta’ suldati. F’din il-gwerra tilfu ħajjithom ukoll eluf ta’ suldati u ċittadini Ukreni, fosthom 10,000 li persuna li sfaw maqtula fil-ġenoċidju ta’ Mariupol.
Zelensky fakkar l-ewwel jum tal-invażjoni u qal li “d-dinja ma kinitx taf kemm aħna qalbenin u kemm hi importanti għalina l-libertà li ngħixu kif nixtiequ”.
Il-President Ukren tkellem ukoll dwar kif ħafna ħeġġewh biex biex jaħrab mill-pajjiż u saħansitra biex iċedi, iżda filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li wrewh is-sapport, hu baqa’ ma’ niesu anke jekk kien hemm minn tal-inqas tliet tentativi fuq ħajtu.