Tuesday, May 14, 2024

Macron irid “Ewropa b’saħħitha”

Aqra wkoll

Hekk kif l-elezzjonijiet presidenzjali fi Franza qed joqorbu, fi żmien meta l-kontinent Ewropew għaddej minn taqlib politiku u ekonomiku kbir, l-iktar bil-gwerra fl-Ukrajna, il-President attwali Emmanuel Macron jgħid li hu l-kandidat għal “Ewropa b’saħħitha”. Dan qalu qabel ir-run-off tal-elezzjoni presidenzjali kontra l-kandidat tal-lemin estrem Marine Le Pen.

Fil-kwartieri ġenerali tiegħu, Macron sostna li jrid Franza li hija parti minn Ewropa b’saħħitha, li tkompli ssawwar alleanzi mad-demokraziji ewlenin biex tiddefendi ruħha.

“Irrid Franza li tiġġieled b’mod riżolut kontra s-separatiżmu Iżlamiku iżda li permezz tas-sekulariżmu tippermetti lil kulħadd, jemmen jew ma jemminx, jipprattika r-reliġjon tiegħu.”

Il-President attwali Franċiż qal ukoll lill-partitarji nhar il-Ħadd li qed jiddefendi l-“uniku proġett għall-akkwist tal-poter”.

“Se npoġġi s-saħħa kollha tiegħi biex nikkonvinċi lil kulħadd li l-uniku proġett għall-akkwist tal-poter huwa tagħna, li l-uniku proġett kredibbli kontra l-għoli tal-ħajja huwa tagħna, li l-uniku proġett għall-ħaddiema huwa tagħna.”

Macron esprima l-għan tiegħu li jirbaħ aktar votanti qabel it-tieni rawnd u jilħaq lil dawk kollha li jridu jaħdmu għal Franza. Huwa appella lil dawk kollha li għal sitt snin impenjaw ruħhom li jaħdmu miegħu biex jittraxxendu d-differenzi tagħhom biex jingħaqdu flimkien f’moviment politiku kbir ta’ għaqda u azzjoni għal pajjiż. 

Il-kandidat LREM irringrazzja wkoll lill-avversarji tiegħu fosthom lil Anne Hidalgo, Yannick Jadot, Valérie Pécresse u Fabien Roussel għall-appoġġ tagħhom.

Sport