Wednesday, November 27, 2024

Macron jerġa’ jibda juża l-bandiera Franċiża li fiha blu iktar skur

Aqra wkoll

Il-President Franċiż Emmanuel Macron għażel li jerġa’ jibda juża kulur blu iktar skur fil-bandiera Franċiża, u din ħadiet post il-bandiera li kellha blu iktar ċar.

Il-bidla fil-bnadar ġewwa l-palazz presidenzjali seħħet is-sena li għaddiet mingħajr ċerimonji. Min-naħa tiegħu Macron qal li huwa xtaq li jerġa’ jdaħħal il-kulur blu skur li huwa is-simbolu tar-Revoluzzjoni Franċiża. Minkejja li dan huwa simbolu tar-revoluzzjoni, għal deċenji sħaħ Franza użat kemm il-kulur blu skur u anke dak ċar. 

Fl-1986 il-President Fra­nċiż Giscard d’Estaing kien introduċa l-bandiera Franċiża b’kulur blu iktar ċar u din biex tkun taqbel mal-kulur tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea. Rapporti fil-midja kienu qalu li din kienet deċiżjoni estetika minħabba li l-bandiera ta’ Franza u tal-Ewropea kienu jittajru flimkien f’numru ta’ nħawi. 

Dwar l-aħħar tibdil ta’ Macron, il-Palazz Élysée ma ta l-ebda tħabbira pubblika, u ma ta l-ebda ordni biex istituzzjonijiet oħra fil-pajjiż jagħmlu l-istess. Jidher li kien hemm min ma qabilx ma’ Macron dwar din l-għażla u argumenta li dan il-kulur huwa ikrah u ma jaqbilx mal-bandiera tal-UE. 

Il-midja tal-istat ta’ Franza rrapportat li dawk kollha li ma qablux qed jinsistu li jemmnu bis-sħiħ dan it-tibdil fil-kulur mhux qiegħed jiġi mejqus bħala mossa kontra l-Unjoni Ewropea.

Sport