Wednesday, April 24, 2024

TTD 2022 – L-Ingilterra jikkwalifikaw … l-Italja fil-play-offs

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tal-10 u l-aħħar ġurnata tar-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022, l-Ingilterra u l-Isvizzera ngħaqdu mas-seba’ timijiet l-oħra – Ġermanja, Danimarka, Franza, Bel­ġju, Span­ja Kroazja u Serbja – biex f’Novembru tas-sena d-dieħla se jkunu minn fost it-32 team fil-fażi finali li se tintlagħab fil-Qatar. 

L-akbar rebħa li ġiet reġistrata l-bieraħ waslet minn Grupp I mill-Ingilterra meta marru San Marino u għelbuhom bl-iskor ta’ 10-0. 

Bla dubju, il-protagonista kien Harry Kane (27 pen, 32, 39 pen, 42) li skorja erba’ goals biex sar ir-raba’ player fl-istorja tat-team nazzjonali Ingliż li skorja tliet goals f’żewġ logħbiet konsekut­tivi. 

It-tlieta l-oħra kienu Vi­vian Woodward (1909), Di­xie Dean (1927) u Tommy Taylor (1957).

Il-goals l-oħra waslu minn Harry Maguire (6), auto-goal ta’ Filippo Fabbri (15), Emile Smith-Rowe (58), Tyrone Mings (69), Tam­my Abraham (77) u Bukayo Sa­ka (80).

Fit-68 minuta, San Marino kellhom lil Dante Rossi mkeċċi għal żewġ karti sofor.  

Il-Polonja spiċċaw fit-tieni posta minkejja li tilfu 2-1 kontra l-Ungerija u għaldaqstant jilagħbu fil-play-offs. 

Fi Grupp C, l-Isvizzera għelbu lil Bulgarija 4-0 biex għaddew għall-fażi finali, bil-goals jaslu minn Noah Okafor (48), Ruben Vargas (57), Cedric Itten (72) u Remo Freuler (92).

L-Italja ddiżappuntaw meta barra minn darhom spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals kontra l-Irlanda ta’ Fuq biex issa jilagħbu fil-play-offs. 

Bid-Daniżi diġá kwalifika­­ti huma marru l-Iskozja u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-0 biex dawn tal-aħħar għad­dew għall-play-offs. 

L-iskorers kienu John Souttar (35) u Charlie Adam (86).

Sport