Il-President Franċiż Emmanuel Macron stqarr mal-ġurnalisti li l-President Russu Vladimir Putin assigurah li l-forzi Russi mhux se jkunu qed jeskalaw il-kriżi fil-fruntiera mal-Ukrajna. Qabel laqgħa li Macron kellu mal-mexxej Ukren Volodymyr Zelensky, huwa qal mal-ġurnalisti li, “jien irnexxieli nġib assigurazzjoni li ma jkunx hemm iktar deterjorazzjoni jew eskalazzjoni.”
Ir-Russja dejjem ċaħdet li hija għandha pjanijiet li tinvadi lill-Ukrajna, u dan minkejja li hija bagħtet iktar minn 100,000 suldat fil-fruntiera tagħha qrib l-Ukrajna. Uffiċjali tal-Istati Uniti qalu li huma jemmnu li r-Russja skjerat 70% tal-forzi militari li hemm bżonn biex twettaq invażjoni sħiħa ġewwa l-Ukrajna.
It-tenjoni bejn ir-Russja, l-Ukrajna u l-pajjiżi tal-Punent reġgħet żvolġiet tmien snin wara li r-Russja kienet ħadet bil-forza il-peniżola tal-Krimea minn idejn l-Ukrajna. Apparti hekk Moska qiegħda takkuża lill-Gvern Ukren li dan qiegħed jonqos milli jimplimenta l-ftehim ta’ Minsk. Dan il-ftehim kien intlaħaq wara ħidma mill-Ġermanja u Franza biex jerġa’ jkun hemm il-paċi fil-Lvant tal-Ewropa. Il-ftehim ta’ Minks kien intlaħaq ukoll fid-dawl ta’ kunflitt li żvolġa ġewwa l-Ukrajna bejn il-forzi tal-pajjiż u ribelli appoġġjati mir-Russja. F’dan il-kunflitt – li ilu għaddej minn 2014 – tilfu ħajjithom minn