Sunday, December 22, 2024

Madwar 900 persuna jibqgħu ma jidħlux fl-Awstralja wara traċċi ta’ fungus fuq cruise liner

Aqra wkoll

Għadd ta’ passiġieri bħalissa jinsabu bejn sema u ilma. Dan hekk kif fil-parti t’isfel tal-Cruise Liner Viking Orion instabu traċċi ta’ fungus u għalhekk ma tħalliex jidħol fl-Awstralja.   

Il-bastiment, mibni fl-2018 u stmat li jista’ jġorr aktar minn 900 persuna, kien mistenni li jieqaf fil-port ta’ Adelaide qabel inġibdet l-attenzjoni minn uffiċjali tas-sigurtà. Dan hekk kif intebħu b’dan il-fungus u għalhekk ma tħallhiex jidħol minħabba l-possibilita’ li dan jista’ jkun ta’ periklu. 

Il-fungus deskritt bħala ‘biofoul’, aktarx ġej minn akkumulazzjoni ta’ ħlejjaq żgħar, ħxejjex u alka, li fl-Awstralja huma aljeni għall-ħabitats.

Diversi bugħaddasa għaddejjin b’ħidma biex inaddfu dawn it-traċċi li minħabba r-raġunijiet imsemmija qabel qegħdin jitqiesu bħala theddida. Il-Kosta ta’ Adelaide, li kellha tkun id-destinazzjoni ta’ dawk abbord tinsab biss 27 kilometru ‘l bogħod minn fejn qiegħed il-bastiment bħalissa.  

Il-midja soċjali bħalissa tinsab invażata b’messaġġi li wasslu wħud mill-passiġġieri li jinsabu fuq il-bastiment. Fost dawn hemm diversi ilmenti, b’uħud li qed jistqarru li din in-negliġenza hija waħda inaċċettabbli. 

Filwaqt li skużat ruħha, il-kumpanija tat il-kelma tagħha lill-passiġġieri li se tkun qiegħda tpatti għal dan l-inkonvenjent b’kumpens xieraq.

Ekonomija

Sport