Wednesday, May 29, 2024

MAFA: Iċ-champions Senglea Gunners relegati għat-Tieni Diviżjoni

Aqra wkoll

Iċ-champions tas-sena l-oħra Senglea Gunners ġew relegati għat-tieni diviżjoni tal-MAFA wara li tilfu l-konfront deċiżiv kontra San Ġwann Pro Evolution Academy 2-1.

Is-Sengleani kienu d-dell tat-tim li rebaħ il-kampjonat fl-istaġun li għadda fejn iddiżappuntaw f’diversi partiti sabiex kellhom isellmu l-ogħla diviżjoni hekk kif spiċċaw fil-post ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika.

Min-naħa tagħhom, San Ġwann Pro Evolution Academy sfruttaw iċ-ċansijiet li kellhom sabiex ħarġu rebbieħa minn dan il-konfront.

Kienu l-Isla li marru minn fuq permezz ta’ Moses Nwankwo fit-32 minuta sabiex fit-tieni taqsima, daħal fix-xena l-attakkant Georges Agbohoun li skorja doppjetta bejn l-45 u l-55 minuta.

Referee kien Lorry Sammut.

San Ġiljan Saints ingħataw walk-over ta’ 2-0 kontra Valletta Stars St Dominic. Dawn tal-aħħar diġa’ jafu li fl-istaġun li ġej se jilagħbu fit-tieni diviżjoni wara li sfaw relegati hekk kif spiċċaw fl-aħħar post tal-klassifika.

Referee kellu jkun Sillah Al Hasana.

Attard Edex Kings għamlu pass importanti lejn il-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni wara li għelbu lil Buġibba Club de SWAT 2-0.

Issa t-tim minn Ħ’Attard jinsab fit-tieni post tal-klassifika u b’rebħa fl-aħħar ġurnata jaċċerta postu li jilgħab fl-ogħla diviżjoni tal-MAFA.

Miguel Angel Acevedo poġġa lil Attard fil-vantaġġ fis-26 minuta sabiex Rajpal Singh irdoppja l-iskor fit-53 minuta.

Referee kien Darko Stankovic.

Mqabba Albions u Żebbuġ Youngsters ikkanċellaw lil xulxin fi draw ta’ mingħajr gowls. Iż-żewġ timijiet kellhom bżonn ir-rebħa għal għanijiet differenti bi Mqabba li qegħdin jissieltu għall-promozzjoni b’Żebbuġ li jridu jeħilsu mill-inkwiet tar-relegazzjoni.

Minkejja l-attakki li twettqu kemm min-naħa kif ukoll minn oħra, l-iskor baqa’ ma nfetaħx.

Referee kien Reno Galea.

Ħamrun Amateurs ġew dikjarati champions tat-tielet diviżjoni meta għelbu lil Ħal Far Titans 2-0 fil-konfront dirett. Iż-żewġ naħat kienu diġa’ ġew promossi għat-tieni diviżjoni wara li kellhom staġun ferm pożittiv.

Il-Ħamruniżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari sa mill-bidu u marru minn fuq wara biss sitt minuti minn penalty ta’ Joyfred Farrugia.

Fit-tieni taqsima, Ħamrun baqgħu jattakkaw u skorjaw it-tieni gowl permezz ta’ Hajy Semu Maher.

Referee kien Ray Tabone.

KLASSIFIKA – MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI

Marsa St Michael 24, Swieqi Braves, Valletta St Paul’s 23, San Ġwann Pro Evolution Academy 22, San Ġiljan Saints 18, Balluta Barracudas 16, Senglea Gunners 11, Valletta Stars 4.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIENI DIVIŻJONI

Għaxaq Wolves 31, Attard Edex Kings 19 , Ta’ Ġiorni Wanderers, Mqabba Albions 17, Gudja Wanderers 14, Żebbuġ Youngsters 10, Buġibba Club de SWAT 9, Birkirkara St Joseph 1.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIELET DIVIŻJONI

Ħamrun Amateurs 25, Ħal Far Titans 19, Kalkara Flames 17, Naxxar Victorians 11, Mosta Vikings 0

Iċ-champions Senglea Gunners relegati għat-tieni diviżjoni

Sport