Monday, December 22, 2025

MAFA: Senglea Gunners jirbħu l-BOV MAFA 70th Anniversary Cup

Aqra wkoll

Senglea Gunners rebħu l-BOV MAFA 70th Anniversary Cup wara li għelbu lil Għaxaq Wolves bl-għoti tal-penalties fil-finali li saret fil-grawnd ta’ Marsaxlokk.

L-iskor sa tmiem il-ħin regolamentari u anke l-ħin barrani kien ta’ 1-1 sabiex kellhom ikunu l-penalties li jiddeċiedu r-rebbieħ finali.

Senglea Gunners fetħu tajjeb u marru fil-vantaġġ fir-raba’ minuta meta kien Christopher Philip Balotelli li ħa ballun tajjeb mal-linja leminija u għadda lejn Lamin Jaiteh li minn żewġ passi bogħod xeħet fil-baxx għal ġewwa.

Għaxaq Wolves baqgħu konċentrati u fit-13-il minuta ġabu l-iskor indaqs meta wara cross tajjeb, kien Diego Fernando Pereira li b’xutt mill-ewwel ħasad lil Yves Moto Bitseki bejn il-lasti ta’ Senglea.

Bl-ewwel taqsima li tagħlaq 1-1.

Fit-tieni taqsima, il-logħob żvolġa f’nofs il-grawnd u l-ebda attakkant ma rnexxielu jinfed lid-difiżi avversarji.

Il-logħba marret għall-ħin barrani u anke hawn ma kien hemm l-ebda skor sabiex il-logħba marret għall-għoti tal-penalties.

Għal Senglea Gunners skorjaw George Frendo, Lamin Jaiteh u Joshua Goku iżda fallew Christoper Philip Balotelli

Għal Għaxaq Wolves skorja Ian Zammit iżda fallew Diego Fernando Pereira, Igor Misan u Thomas Veronese.

B’hekk Senglea Gunners rebħu din il-partita bi skor kumplessiv ta’ 4-2.

Fl-aħħar tal-konfront, setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjoni ta’ Senglea Gunners li laħqu l-qofol tagħhom hekk kif il-Kap Eżekuttiv ta’ BOV Ernest Agius fil-preżenza tal-ogħla uffiċjali tal-MAFA u l-viċi-presidenti tal-MFA Trustin Farrugia Cann u Adrian Casha ippreżentaw it-tazza lill-captain Stephane Moto Bitseki.

Għaxaq Wolves – Alejandro Pineres, Thomas Veronese, Bryan Alfredo Cervantes, Alan Goncalves, Ian Zammit, Diego Fernando Pereira, Andrew Ejike Obetta, Alexander Pizarro, Zvezdan Vukovic(Willy Henrique 65 min (Diego Ovallos 80 min (Miguel Francica 84 min), Leandro da Silva Almeida, Igor Misan.

Coach – Kurt James.

Senglea Gunners – Stephane Moto Bitseki, Emerson Bonello, Diego Agius (Diego Agius 82 min), Lamin Fatajo (Moses Nwanko 90 min), Ainsley Bonello, Lamin Jaiteh, George Frendo, Christopher Philip Balotelli, Ousman Jallow, Joshua Goku, Ogar Augustine (Ola Olajide 8 min)

Coach – Glenn Vassallo

Referee kien Igor Kankaras.

Assistenti kienu Alper Can u Jean Pierre Sammut.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport