Wednesday, July 24, 2024

MAFA: Swieqi United jonqsu milli jkomplu l-pass ma’ Valletta St Paul’s

Aqra wkoll

Swieqi United naqqsu milli jitilgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA meta ġew miżmuma fi draw ta’ 0-0 minn Senglea Gunners.

B’dan ir-riżultat ħakkew idejhom Valletta St Paul’s li b’hekk baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika filwaqt li għandhom logħba inqas mill-avversarji tagħhom.

Kienet logħba ferm monotona biż-żewġ naħat li aktar kien moħħhom biex jiddefendu aktar milli jattakkaw.

Swieqi kienu ferm viċin li jiskorjaw il-gowl tar-rebħa iżda l-attakkant Lucas dos Santos xeħet il-ballun għoli.

B’dan id-draw, it-tim mill-Isla baqa’ fil-post ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika fi ġlieda kontra r-relegazzjoni li tidher li se tkun waħda ħarxa.

Referee kien Peter Abela.

Balluta Barracudas kienu sekondi bogħod milli jirritornaw għar-rebħ iżda sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1 kontra Valletta Stars St Dominic.

Kienet logħba ferm interessanti bil-Cudas li taw qalbhom tul il-logħba kollha u bil-Beltin li bdew jużaw l-arma tal-kontrattakk.

Balluta Barracudas marru minn fuq fit-23 minuta permezz ta’ Kain Gauci.

Valletta Stars St Dominic baqgħu jippruvaw u kien biss fil-ħin mogħti żejjed mir-referee li ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Mohammed Abdukadir.

Referee kien Karl Galea.

Fit-tieni diviżjoni, Għaxaq Wolves jinsabu pass bogħod milli jiġu promossi għall-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni meta għelbu l-isfida iebsa ta’ Attard Edex Kings 2-0.

Fl-ewwel taqsima Attard kienu tajbin u bdew itellgħu ħafna blalen fid-direzzjoni tal-goalkeeper Għaxqi Oliver Grixti.

Madankollu fit-tieni taqsima, il-Wolves żblukkaw is-sitwazzjoni fit-48 minuta meta Abeeb Williams niżżel bir-ras lil Sebastian Nayar li b’xutt fil-baxx għeleb lil Manu.

Żewġ minuti wara, Għaxaq għamluhom tnejn meta kien l-istess Nayar li nkariga minn freekick u li ssoprenda lil Manu għat-tieni darba.

Referee kien Godwin Barbara.

Żebbuġ Youngsters kisbu rebħa ferm importanti fit-tentattiv li jsalvaw posthom fit-tieni diviżjoni wara li għelbu lil Gudja Wanderers 2-0.

Din kienet rebħa ferm kruċjali għal Youngsters li sa qabel dan il-konfront kienu fl-aħħar post tal-klassifika.

Sean Lanzon poġġihom minn fuq fid-29 minuta sabiex fil-ħin mogħti żejjed mir-referee, kien Jason Woodhead li aċċerta lit-tim tiegħu mit-tliet punti finali.

Għal Gudja din kienet il-ħames telfa staġjonali.

Referee kien Alex Grech.

Ħamrun Amateurs kisbu rebħa oħra tajba ta’ 3-0 kontra Mosta Vikings sabiex saħħew posthom fil-quċċata tal-klassifika.

Ħamrun marru minn fuq wara 18-il minuta permezz tal-iskorer prolifiku Hajy Semu Maher sabiex fit-tieni taqsima Andriy Camilleri u Mauro Busuttil żiedu żewġ gowls oħra għall-Amateurs.

Referee kien Jean Pierre Mifsud.

KLASSIFIKA – MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI

Valletta St Paul’s 19, Swieqi Braves 18, San Ġwann Pro Evolution Academy 13, Marsa St Michael ,San Ġiljan Saints 12, Balluta Barracudas 12, Senglea Gunners 11, Valletta Stars 7.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIENI DIVIŻJONI

Għaxaq Wolves 28, Attard Edex Kings 16, Ta’ Ġiorni Wanderers 14, Mqabba Albions 12, Żebbuġ Youngsters 9, Gudja Wanderers 8, Birkirkara St Joseph, Buġibba Club de SWAT 7.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIELET DIVIŻJONI

Ħamrun Amateurs 20, Ħal Far Titans 16, Kalkara Flames 8, Naxxar Victorians 6, Mosta Vikings 2

Ekonomija

Sport