Friday, December 13, 2024

Maġġoranza assoluta tafda lill-Prim Ministru… Abela fdat 25.5% aktar minn Grech

Aqra wkoll

Stħarriġ wara ieħor ikompli juri xejriet pożittivi favur il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista, b’Dott. Robert Abela jkompli jitqies bħala l-aktar politiku li għandu fiduċja biex imexxi l-pajjiż. 

Stħarriġ ikkummissjonat minn IT-TORĊA juri li meta applikata l-Multiple Imputation Technique, il-mexxej Laburista Robert Abela huwa fdat 25.5% aktar mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech. 

Filwaqt li 52.5% wieġbu li jafdaw lil Robert Abela biex imexxi l-pajjiż, ftit iżjed minn kwart tal-elettorat – jiġifieri 27.0% –  jagħżlu li Bernard Grech. L-istħarriġ juri li waqt li 14.8% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 4.4% wieġbu ma jafux u 1.3% qalu li jafdaw oħrajn.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, 87.2% qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 0.4% wieġbu Bernard Grech, 8.2% qalu li ma jafdaw lil ħadd, 3.9% rrifjutaw li jwieġbu jew ma jafux, 0.4% wieġbu oħrajn.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, 74.6% wieġbu li jafdaw lil Bernard Grech, 6.8% qalu li Robert Abela, 9.6% wieġbu li ħadd, 8.0% rrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi.

Dan l-istħarriġ sar b’kampjun ta’ 750 persuna b’confidence level ta’ 95% u marginal of error ta’ +/- 3.6% fost persuni minn 16-il sena ’l fuq. Għal dan l-istħarriġ intuża l-metodu tal-istratified random sampling, biex b’hekk il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies, id-distretti u s-sess tagħhom.  L-isħarriġ sar bejn id-29 t’Ottubru u l-4 ta’ Novembru.

Ara aktar x’ħareġ minn dan l-istħarriġ:

Ekonomija

Sport