Wednesday, April 24, 2024

Jiżdiedu n-nies li jagħżlu li jivvotaw lill-PL kieku ssir elezzjoni ġenerali għada

Aqra wkoll

L-istħarriġ isaqsi: Li kieku ssir elezzjoni ġenerali għada, liema partit tivvota? Hekk kif irriżulta li l-Partit Laburista jinsab b’distakk ta’ 15.0% fuq il-Partit Nazzjonalista, meta r-riżultat ta’ dan l-isħarriġ ikkummissjonat minn IT-TORĊA li sar bejn id-29 t’Ottubru u l-4 ta’ Novembru jitqabbel mar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tal-2017, wieħed jinnota żieda ta’ 1.7% għall-Partit Laburista, tnaqqis ta’ 2.0% għall-Partit Nazzjonalista u żieda ta’ 0.3% għall-ADPD jew oħrajn.  

Dott. Vincent Marmarà jinnota li “ż-żieda fid-distakk favur il-Partit Laburista qed toħroġ minħabba l-fatt li għandek shift favur il-Partit Laburista, u hemm aktar partitarji tal-Partit Laburista minn tal-Partit Nazzjonalista li lesti jerġgħu joħorġu jivvutaw lill-istess partit f’każ li ssir elezzjoni ġenerali għada.”

Sport