Monday, December 23, 2024

“Magħna tafu fejn qegħdin” – Il-PM Robert Abela

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela żar diversi lokalitajiet fl-aħħar jum tal-kampanja elettorali. F’waħda mill-waqfiet tiegħu f’Marsaskala huwa fetaħ id-diskors tiegħu billi fakkar lill-pubbliku f’data tant importanti li se tkun qed tiddetermina l-futur tal-pajjiż — is-26 ta’ Marzu li ġej.

Abela fakkar numru ta’ proposti li se jkun qed iwettaq Gvern Laburista jekk il-poplu Malti u Għawdxi jafdah b’mandat għall-ħames snin li ġejjin: (i) żieda ta’ mill-inqas €15-il ewro fil-ġimgħa fil-pensjonijiet, (ii) mediċini b’xejn u twessigħ tal-formularju tal-mediċini, (iii) garanzija ta’ għotja ta’ €1,500 mifruxa fuq tliet snin lil dawk iż-żgħażagħ li jkomplu jistudjaw lil hinn mill-età obbligatorja, (iv) €300 fi traħħis ta’ taxxa lill-ħaddiema u (v) traħħis ta’ 10% fir-rata tat-taxxa tan-negozji.

Il-Prim Ministru saħaq li mal-Partit Laburista kulħadd jaf fejn qiegħed u temm id-diskors tiegħu b’żewġ appelli: appella sabiex in-nies imorru jivvutaw kmieni s-Sibt filgħodu, u ħeġġeġ lil dawk l-individwi li għadhom dubjużi sabiex iressqu l-ilmenti tagħhom billi javviċinaw lilu, lill-mara tiegħu — l-Avukata Lydia Abela — jew lil xi ħadd mill-kandidati tal-Partit Laburista.

Ekonomija

Sport