Saturday, December 21, 2024

Magħrufa l-24 finalist tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani

Aqra wkoll

Fil-waqfa internazzjonali li għaddiet saru magħrufa l-24 team li fil-bidu tas-sena d-dieħla se jieħdu sehem fil-finali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana (AFCON) li din id-darba se jsiru fl-Ivory Coast mit-13 ta’ Jannar sal-11 ta’ Frar.

Il-Kamerun spiċċaw fil-quċċata ta’ Grupp C biex ikkwalifika flimkien man-Namibja, biex għaqqdu l-kwadru ta’ 24 team ta’ dan it-tournament.

Rebħa għal Burundi kienet tara lis-Swallows jikkwalifikaw għas-spejjeż tal-Kame­run, f’dik li kienet tkun sorpriża kbira.

Madankollu, it-telfa ħalliet lit-team barrani b’erba’ punti fi Grupp Ċ, wieħed ‘il bogħod min-Namibja li akkwistaw it-tieni post wara l-Kamerun biex ibbukkjaw ir-raba’ dehra tagħhom fl-AFCON.

It-timijiet finalisti huma:

Alġerija, Angola, Burkina Faso, Kame­run, Cape Verde, DR Kongo, Eġittu, Equatorial Guinea, Gambja, Ghana, Guinea, Gui­nea Bissau, Ivory Coast, Mali, Mawritanja, Mozambique, Marokk, Namibja, Niġerja, Senegal, Afrika t’Isfel, Tanżanija, Tuneżija u Żambja.

Ekonomija

Sport