Harry Kane jinsab qrib li jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Bayern Munich sal-2029, hekk kif in-negozjati jinsabu fl-aħħar fażi.
Il-kuntratt attwali tal-captain tal-Ingilterra jiskadi f’Ġunju 2027, iżda ż-żewġ partijiet qed jiffinalizzaw l-aħħar dettalji u jinsabu kunfidenti li jilħqu ftehim.
Kane ngħaqad ma’ Bayern mingħand Tottenham fl-2023 għal madwar €100 miljun u s’issa skorja 152 goal u pprovda 34 assist f’154 partita.
Huwa rebaħ żewġ titli tal-Bundesliga, it-Tazza Ġermaniża u darbtejn is-Super Cup mal-club, filwaqt li spiċċa l-aqwa skorer fit-tliet staġuni tiegħu.




