Tuesday, October 6, 2026
Home Sport Player isofri tliet attakki tal-qalb konsekuttivi fil-ground

Player isofri tliet attakki tal-qalb konsekuttivi fil-ground

0
50

Il-player Jose Alberto Crespo qed jiġġieled għal ħajtu wara li sofra tliet attakki tal-qalb konsekuttivi waqt partita tal-amateurs fil-belt ta’ Neuquen, l-Arġentina.

Crespo waqa’ f’daqqa waqt partita fit-Torneo Don Pedro, u infermiera li kienet fost l-ispettaturi kienet pronta tagħtih l-attenzjoni medika meħtieġa.

Minħabba problemi rrappurtati bl-ambulanza, sħabu tat-team ħaduh l-isptar b’vettura privata. 

Fl-isptar ġie kkonfermat li sofra tliet arresti kardijaċi nfila u ġie trasferit fil-kura intensiva f’koma kkaġunata medikament.

L-organizzaturi qalu li kien hemm problema bil-bieba ta’ wara tal-ambulanza, li kienet fuq il-post u waslet madwar żewġ jew tliet minuti wara li ġiet imsejħa. 

Il-familja, il-ħbieb u sħabu tat-team kienu kollha xxukkjati b’dak kollu li seħħ quddiemhom, filwaqt li żdiedu s-sejħiet għal testijiet mediċi f’avvenimenti sportivi tad-dilettanti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here