Tuesday, October 6, 2026
Home Sport Mazzotta jitlob “l-akbar sagrifiċċju personali” hekk kif Malta U21 tħejji għall-aħħar test...

Mazzotta jitlob “l-akbar sagrifiċċju personali” hekk kif Malta U21 tħejji għall-aħħar test kontra l-Latvja

0
59
Ritratt: mfa.com.mt

It-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena se jagħlaq il-kampanja ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew UEFA ta’ Taħt il-21 sena tal-2027 nhar it-Tlieta filgħaxija, meta jiltaqa’ kontra l-Latvja fid-Daugava Stadium f’Riga. Il-partita tibda fis-6.00pm.

Malta se tidħol għal dan l-aħħar impenn wara wirja inkoraġġanti kontra l-Ġermanja, minkejja t-telfa ta’ 4-1. Kontra l-leaders tal-grupp, it-team Malti wera determinazzjoni kbira fiċ-Ċentenary Stadium u l-prestazzjoni ġabet ukoll kumplimenti mill-kamp Ġermaniż. Għall-coach Davide Mazzotta, dan huwa sinjal pożittiv li jista’ jagħti aktar fiduċja lill-players, iżda huwa fakkar li Malta għadha mingħajr punti fil-klassifika.

Mazzotta saħaq ukoll fuq il-valur tal-esperjenza miksuba kontra l-Ġermanja, b’diversi players avversarji jilagħbu mal-aqwa clubs Ewropej u saħansitra fiċ-Champions League. Madankollu, huwa wissa lill-iskwadra biex ma tistrieħx fuq dik il-wirja, hekk kif il-Latvja se tippreżenta sfida differenti u diġà għelbet lil Malta fl-ewwel konfront.

Il-coach Malti qed jitlob impenn massimu u l-akbar sagrifiċċju personali mill-players tiegħu biex jippruvaw ireġġgħu lura r-riżultat preċedenti u jagħlqu l-impenji tagħhom b’mod pożittiv. Huwa ddeskriva lill-Latvja bħala team sod li wera l-potenzjal tiegħu matul il-kampanja kollha.

Meta rrifletta fuq il-kampanja, Mazzotta esprima s-sodisfazzjon tiegħu bil-progress tal-grupp u bix-xogħol tal-istaff tekniku fl-implimentazzjoni ta’ direzzjoni ġdida. Huwa qal li l-għan tiegħu kien li jiżviluppa d-dinamika tat-team u saħaq li ta “it-300%” tiegħu f’dan il-proċess.

Għal Mazzotta, l-aħħar partita hija opportunità oħra biex il-players juru kemm żviluppaw u, fuq kollox, li huma lesti jagħmlu l-pass lejn il-football internazzjonali tal-kbar. Huwa jrid prestazzjoni matura li turi t-titjib u l-karattru li bena dan il-grupp matul il-kampanja.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here