Meta l-Ħamis intlagħbet l-aħħar ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi taż-żewġ kompetizzjonijiet – il-UEFA Europa League u l-UEFA Conference League, saru magħruf it-timijiet li avvanzaw għar-round li jmiss, jiġifieri għall-play-off kif ukoll għall-Aħħar 16.
Dawn huma fost il-logħbiet li nlagħbu:
UEFA Europa League
St Gilloise v Liverpool – Liverpool, diġá kkwalifikati marru l-Belġju u sfaw megħluba minn Union St Gilloise bl-iskor ta’ 2-1.
Fit-team tar-Reds ġew introdotti bosta players żgħażagħ biex ikunu mserrħa dawk regolari.
L-iskorers ta’ St Gilloise kienu Mohamed Amoura (32) u Cameron Puertas Castro (43) filwaqt li Jarell Quansah (40) kiseb id-draw momentarju għal Liverpool.
Roma v Sheriff – Roma laqgħu li Sheriff u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0 permezz ta’ Romelu Lukaku (11), Andrea Belotti (32) u Niccoló Pisilli (92)/
Brighton v Marseille – Brighton ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Marseille, bil-goal uniku għalihom jasal minn Joao Pedro (88).
West Ham v Freiburg – West Ham ġewwa darhom għelbu lil Freiburg bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn Mohammed Kudus (14) u Edson Alvarez (42).
Rakow v Atalanta – Atalanta barra minn darhom ikkonvinċew bis-sħiħ meta għelbu lil Rakow bl-iskor ta’ 4-0, bl-iskorers għalihom ikunu Luis Muriel (14, 73), Giovanni Bonfanti (26) u Charles De Katelaere (92).
UEFA CONFERENCE League
Zrinjski v Aston Villa – Zrinjski u Aston Villa spiċċaw 1-1. Nicoló Zaniolo (61) fetaħ l-iskor għal Roma iżda Matija Malekinusic (87) kiseb id-draw għal Zrinjski.
Ferencvaros v Fiorentina – F’konfront dirett, Ferencvaros u Fiorentina temmew fi draw ta’ 1-1.
Kien Kristoffer Zachariassen (48) li fetaħ l-iskor għall-Ungeriżi iżda Luca Ranieri (73) kiseb id-draw għall-Viola.