Friday, May 17, 2024

Magħrufa t-timijiet tal-Aħħar 16 tal-UEL u tal-UCL

Aqra wkoll

Meta l-Ħamis intlagħbet is-sitta u l-aħħar ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Europa League u tal-UEFA Conference Lea­gue, saru magħrufa t-timijiet kollha għar-round tal-Aħħar 16.

UEFA EUROPA LEAGUE

Fl-Europa League, f’dan ir-round ingħaqdu t-tmien timijiet li temmew fit-tielet post tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions Lea­gue.

Dawn huma Leipzig, Porto, Borussia Dortmund, Sherif Tiraspol, Barcelona, Atalanta, Sevilla u Zenit St Petersburg. 

Is-16-il team li għaddew huma:

Grupp A: Olympique Lyon u Rangers

Grupp B: Monaco u Real Sociedad

Grupp C: Napoli u Spartak Moscow

Grupp D: Eintracht Frankfurt u Olympiakos

Grupp E: Galatasaray u Lazio

Grupp F: Red Star Belgrade u Braga

Grupp G: Bayer Leverkusen, Real Betis

Grupp H: West Ham u Dinamo Zagreb.

Dawk li temmew fit-tielet post li se jmorru jilagħbu fil-Conference League huma: Sparta Prague, PSV Eindhoven, Leicester City, Fenerbahce, Midt­jylland, Marseille, Celtic u Rapid.

Issa jrid jintlagħab round preliminari li se jkun kompost mit-tmien timijiet li temmew fit-tieni post tal- klassifika tal-fażi tal-gruppi, flimkien ma’ dawk it-timi­jiet li spiċċaw fit-tielet post tal-fażi tal-gruppi tal- UEFA Champions League.

Is-16-il team jilagħbu f’fażi eliminatorja biex it-tmien timijiet rebbieħa jingħaqdu ma’ dawk it-timijiet li rebħu l-gruppi … u b’hekk ikun ifformat ir-round tal-Aħħar 16. 

EUROPA CONFERENCE LEAGUE

It-timijiet li kkwalifikaw huma:

Grupp A: LASK Linz v Maccabi Tel Aviv

Grupp B: Gent u Partizan Belgrade

Grupp C: Roma u Bodo-Glimt

Grupp D: AZ Alkmaar u Randers

Grupp E: Feyenoord u Slavia Prague

Grupp F: Copenhagen u PAOK.

Grupp G: Rennes u Vitesse/Tottenham

Grupp H: FC Basel u Qarabag

Il-format tal-Aħħar 16 ta’ din il-kompetizzjoni huwa bbażat eżatt fuq dak tal-Europa League.

Dawk it-timijiet li temmew fit-tielet post, ġew re­legati f’din il-kompetizzjoni u jilagħbu fir-round prelminari tal-Aħħar 16 flimkien ma dawk it-timijiet li temmew fit-tieni post.

Sport