Friday, December 13, 2024

Mal-11,000 ruħ bdew jivvotaw waqt il-votazzjoni bikrija

Aqra wkoll

Hekk kif dalgħodu nfetħet il-votazzjoni bikrija għall-elezzjoni ġenerali, mal-11,000 persuna se jkunu jistgħu jivvotaw qabel is-26 ta’ Marzu, bir-raġuni tagħhom tvarja.

Fost dawk li se jivvotaw illum hemm 3,453 persuna li applikaw biex jivvotaw fil-votazzjoni bikrija, 1,518-il anzjan li joqogħdu fi djar tal-anzjani, 875 f’San Vinċenz de Paul u 531 persuna li jinsabu fi kwarantina jew li huma pożittivi għall-Covid-19.

Peress li llum jistgħu jibdew jivvotaw residenti li jinsabu f’San Vinċenz de Paul u 34 dar tal-anzjani, illum ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi.

B’kollox baqa’ madwar 37,000 vot li għadhom iridu jinġabru mill-għases tal-Pulizija. Dawn jistgħu jinġabru sal-Ħadd bejn it-8.00 u 12.00p.m.

Ekonomija

Sport