Wednesday, July 24, 2024

Mal-14,041 peruna vvotaw għall-Parlament Ewropew fl-elezzjoni bikrija 

Aqra wkoll

Hekk kif is-Sibt kien hawn l-elezzjoni bikrija, b’kollox kienu 14,041 li tefgħu l-vot tagħhom fl-Ex-Trade Fair Grounds in-Naxxar u anke fl-Experimental Farm fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija. Intant b’kollox kienu rreġistrati 15,979 votanti u għalhekk dan ifisser li kien hemm 1,938 li ma vvutawx.

Dan il-proċess sar propju ġimgħa qabel jum l-elezzjoni li se taħbat nhar is-Sibt 8 ta’ Ġunju. Dawk li rreġistraw biex jivvutaw iktar kmieni, kienu jinkludu persuni li dakinhar tal-elezzjoni mhux se jkunu f’pajjiżna minħabba raġuni ta’ safar u dawk li qegħdin l-Isptar. L-anzjani kollha li huma residenti f’dar tal-anzjani kemm f’Malta u anke Għawdex ukoll kellhom iċ-ċans li jivvutaw.

Fir-rigward tal-votazzjoni fil-Kunsilli Lokali ivvutaw b’kollox 14,163-il persuna, minn 16,135 persuna li kienu rreġisrati. Dawk li kienu rreġistrati li jivvutaw fl-early voting u ma vvutawx, xorta waħda jistgħu jivvutaw fil-jum propju tal-votazzjoni mal-kumplament tal-votanti eleġibbli.

Ekonomija

Sport