Sunday, December 22, 2024

“Mal-160 persuna jista’ jkun ħadu benefiċċji mhux dovuti lilhom”

Aqra wkoll

Mill-investigazzjonijiet li saru s’issa jidher li hemm mal-160 persuna li jistgħu jkunu fost dawk li ħadu benefiċċji tas-sigurtà soċjali meta ma kienx jistħoqqilhom. 

Kien il-Prim Ministru Robert Abela li qal dan meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet li sarulu aktar kmieni mill-ġurnalisti.

Il-Prim Ministru tenna li dwar dan l-allegat każ ta’ abbuż, il-Gvern malli sar jaf b’dawn l-irregolaritajiet, minnufih għadda l-każ lill-Pulizija biex jinvestigaw. Qal ukoll li twaqqfet inkjesta amministrattiva biex tara jekk hemmx lok ta’ aktar titjib fis-sistemi biex każi bħal dawn ma jerġgħux jirrepetu ruħhom.

“Meta ġiet irrinfaċċjata irregolarità, il-Korp tal-Pulizija ħa azzjoni. Kien għalhekk li l-investigazzjoni, li għadha għaddejja, wasslet biex numru ta’ persuni jitressqu l-Qorti. Fl-istess waqt, fejn kien hemm każi ta’ persuni li rċevew benefiċċju li ma kienx dovut lilhom, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ra li jibda l-proċess biex jirkurpra l-ammont dovut,” sostna l-Prim Ministru. 

Huwa nsista li ma jidhirx li hemm l-ammonti ta’ persuni li ġew imsemmija “minn min għandu interess li dan il-każ minflok jara li verament issir ġustizzja, jipprova jippolitiċizzah.” 

Filwaqt li spjega li sal-lum jidher li hemm madwar 160 persuna li jista’ jkun irċevew benefiċċju li mhux dovut lilhom, Dr Abela nsista li ma jidhirx li hemm l-ammonti ta’ persuni li ġew imsemmija “minn min għandu interess li dan il-każ minflok jara li verament issir ġustizzja, jipprova jippolitiċizzah.” 

Ekonomija

Sport