Saturday, May 18, 2024

Plejers ta’ Real Madrid arrestati wara tixrid ta’ materjal sesswali ma’ minorenni

Aqra wkoll

Mill-inqas tliet plejers ta’ Real Madrid ġew arrestati wara li allegatament kienu involuti f’każ ta’ teħid u tixrid ta’ filmat li juri sess ma’ minuri.

Minkejja li l-investigazzjonijiet jidher li għadhom fi stadju preliminari skont il-ġurnal El Confidencial jidher li diversi plejers kienu allegatament involuti fit-tixrid ta’ dan il-filmat li ntbagħat lil diversi plejers oħrajn.

L-investigazzjoni skattat wara li omm il-minorenni irrappurtat fis-6 ta’ Settembru dwar kif wieħed mill-arrestati rrekordja filmat ta’ natura sesswali li kien jinvolvi lil bintha u aktar tard xerrdu fil-pubbliku.

Minkejja li fost dawk arrestati hemm plejers li jilagħbu ma’ Real Mardid C, mhux eskluż li uħud minn dawk tal-ewwel tim huma involuti.

Skont rapporti fil-midja Spanjola jidher li l-arresti saru dalgħodu bil-pulizija tikkonfiska l-mobiles tal-akkużati bil-għan li jkunu jistgħu jiġu identifikati plejers oħra li jistgħu jkunu kompliċi fit-tixrid ta’ dan il-filmat u għalhekk mhux eskluż li l-plejers arrestati jiżdiedu fis-sigħat li ġejjin.

Sport