Ħaddiema tas-settur pubbliku fl-Irlanda ta’ Fuq bdew dak li qed jiġi meqjus bħala wieħed mill-akbar strajks fl-istorja ta’ dan il-pajjiż wara tilwima dwar il-pagi u l-imblokk politiku.
Sittax-il unjin li jirrapprezentaw infermiera, għalliema, ħaddiema tat-trasport, ħaddiema taċ-ċivil u setturi oħra bdew azzjoni konġunta l-Ħamis, li kienet mistennija tikkawża tfixkil mifrux fir-reġjun kollu.
Din l-azzjoni ta’ 24 siegħa li tinvolvi ‘l fuq minn 170,000 ħaddiem – madwar 80% tas-settur pubbliku – wasslet biex jagħlqu l-iskejjel, u jikkawżaw tfixkil fl-isptarijiet u fis-servizzi tal-karozzi tal-linja u ferroviji.
Fost oħrajn saru rallies f’Belfast, Derry, Enniskillen u Omagh. Padraig Mulholland, id-Deputat Segretarju Ġenerali ta’ Nipsa, li tirrappreżenta lill-impjegati taċ-ċivil u lill-ħaddiema tas-settur pubbliku, qal li l-membri waslu f’dan il-punt wara li ma felħux aktar u li dan kien biss il-bidu ta ‘azzjoni usa’.”
F’dawn id-dimostrazzjonijiet spikkat il-preżenza sinjifikanti tal-pulizija. Melanie Jones f’isem il-Pulizija qalet li l-uffiċjali qegħdin jissorveljaw il-folol, inaqqsu t-tfixkil u jżommu lil kulħadd sigur.