Monday, November 4, 2024

Mal-2,000 ċittadin Malti kellhom bżonn kura medika urġenti waqt li kienu msefrin

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-sena li għaddiet, mal-2,000 ċittadin Malti kellhom bżonn kura medika ta’ urġenza waqt li kienu msifrin f’pajjiżi oħra Ewropej jew l-Iżvizzera, l-Iżlanda u n-Norveġja.

Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne meta fil-Parlament kien mistoqsi mid-Deputat Laburista Ray Abela dwar il-European Health Insurance Card li tista’ tintuża f’każ ta’ emerġenza meta persuna tkun imsiefra f’pajjiżi Ewropej.

Huwa spjega li għandna madwar 170,000 Malti li għandhom din il-card u li mill-1 ta’ Marzu ta din is-sena, is-sistema ta’ tiġdid tal-card saret awtomatika. Dawk li skaditilhom il-card qabel din id-data, irid jerġa’ japplika għaliha.

Sport