Madwar 50 fekruna tat-tip loggerhead faqqsu fil-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa, seba’ ġimgħat wara li fekruna kienet bejtet fil-bajja.
Din hija t-tieni darba matul dan is-sajf li frieħ ta’ fekruna faqqsu. Aktar kmieni dan ix-xahar faqqsu aktar minn 80 fekruna fil-Bajja tar-Ramla l-Ħamra, Għawdex.
Intant hemm żewġ bejtiet oħrajn fil-Bajja tal-Għadira.