Tuesday, October 22, 2024

Mara tqila, minuri u 25 immigrant ilhom 17-il jum bejn sema u ilma jistennew li jiddaħħlu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Xejn inqas minn 27 persuna fosthom mara tqila u minuri ilhom issa għal 17-il jum bejn sema u ilma.  Dan l-immigranti kienu ġew salvati mit-tanker tal-kumpanija Maersk bl-isem ta’ Etienne.

Minkejja appelli li saru fl-aħħar jiem biex dan it-tanker jiddaħħal f’port sigur sa issa l-ebda pajjiż m’għamel dan.  It-tanker jinsab ftit il-barra mill-kosta Maltija.

Sorsi li tkellmu ma’ IT-TORĊA spjegaw li fl-aħħar jiem kien hemm tentattivi biex dawn l-immigranti jittieħu it-Tuneżija. Jidher iżda li l-awtoritajiet Tuneżini mhux qed jaċċetaw dan. IT-TORĊA hi infurmata li dawk salvati huma mis-Sudan u l-Eritrea.

Sport