Wednesday, December 25, 2024

Mal-85 fil-mija jivvutaw fl-elezzjoni bikrija

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali ntqal illi t-turnout għall-votazzjonijiet tal-Elezzjonijiet Ġenerali li saru lbieraħ kien dak ta’ 85.15%.

Dan hekk kif ġew mitfugħa 8,224 vot minn fost l-9,658 li kienu rreġistrati biex jivvutaw f’dan il-jum.

Dawk eliġibbli biex jivvutaw kmieni jinkludu persuni li se jkunu msefrin jew rikoverati fi sptar dakinhar tal-elezzjoni; ir-residenti f’San Vinċenz de Paul u djar tal-anzjani, residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li għandhom id-dritt tal-vot, u dawk fi kwarantina jew pożittivi għall-Covid-19.

Il-votazzjoni bikrija tkompli it-Tlieta fejn se jkunu qegħdin jivvutaw il-Pulizija u dawk li ntgħażlu biex iservu fil-postijiet tal-votazzjoni.

Imbagħad il-Ħamis jivvutaw dawk rikoverati f’Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Ekonomija

Sport