Thursday, December 26, 2024

“Mal-PN il-pensjonanti m’għandhom l-ebda garanzija”

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet immexxija mill-Ministru Michael Falzon u l-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, Bedingfield qal li dak li qiegħed jipproponi l-Partit Nazzjonalista “F’wieħed mill-ħames manifesti ppreżentati minnu”, jinkludi proposti li qegħdin hemm, li ilhom mħaddma u li minnhom diġà bbenefikaw għadd ta’ persuni.

Bedingfield sostna li l-pensjonanti huma settur li hu għal qalb il-Partit Laburista. Xhieda ta’ dan huma l-ewwel leġiżlatura tal-Partit Laburista li tejbet il-pensjoni minima u l-pensjoni tar-romol, u din il-leġiżlatura preżenti li tejbet il-pensjonjiiet kollha. Bedingfield saħaq li l-pensjonijiet taħt Gvern Laburista żdiedu kull sena u bi Gvern Nazzjonalista l-pensjonanti  mhux talli m’għandhomx garanzija, talli ħa jmorru agħar milli qegħdin bħalissa. Dan b’referenza għall-wegħdiet tal-Partit Nazzjonalista fir-rigward tal-pensjoni minima. Bedingfield saħaq li l-ewwel qalu li l-pensjoni minima taħt Gvern Nazzjonalista se togħla daqs il-paga minima, imbagħad dil-wegħda li saret fl-1 ta’ Marzu taret mar-riħ ftit jiem wara permezz tal-manifest elettorali li ħareġ il-Partit Nazzjonalista stess. 

Bedingfield elenka xi proposti mill-manifest tal-Partit Laburista u stqarr li l-Partit Laburista mhu jwiegħed xejn ġdid, imma jtejjeb dak li hemm:

  •  Proposta 16: Gvern Laburista se jkun qed iħalli persuni b’kontribuzzjonijet nieqsa jħallsu parti minnhom. Din ilha fis-seħħ mill-2015.
  •  Gvern Laburista mhux biss iwiegħed żidiet tal-għoli tal-ħajja imma wkoll mekkaniżmu magħruf bħala COLA u żieda ta’ €15 fil-ġimgħa. 

Bedingfield kompla qal li “L-kelma tagħhom ma tiswa xejn … bejn dak li jgħidu u dak li jiktbu… Qabel konna ngħidu li jwiegħdu u jiksru l-wegħda wara l-elezzjoni. Illum iwiegħdu u jiksru l-wegħda qabel l-elezzjoni”. Bedingfield temm isostni li l-Partit Laburista qed ikun ċar fil-wegħdiet tiegħu fir-rigward taż-żieda fil-pensjonijiet.

Ekonomija

Sport