Matul is-sena li għaddiet kwart tal-enerġija wżata mid-djar f’pajjiżna biex isaħħnu jew ikessħu l-klima fihom kienet ġejja minn sorsi alternattivi.
Dan jirriżulta mill-aħħar stħarriġ tal-Eurostat dwar l-użu tal-enerġija rinovabbli fil-pajjiżi tal-UE biex id-djar jikkontrollaw it-temperatura fihom.
Waqt li l-medja fl-UE kienet ta’ 22.1%, Malta wżat 25.7% ta’ enerġija alternattiva għal dan il-għan.
L-Iżvezja kienet l-iktar pajjiż li għamlet użu minn enerġija rinovabbli b’kull dar tuża 66.1% ta’ enerġija alternattiva biex tkessaħ jew issaħħan ġewwa.
L-Irlanda għamlet l-inqas użu ta’ enerġija rinovabbli għal dan il-għan b’6.3% biss tal-enerġija wżata kienet ġejja minn sorsi alternattivi.