Wednesday, July 15, 2026
Home Aktar Maltco żżomm impjegati u aġenti tal-lottu milli jilagħbu

Maltco żżomm impjegati u aġenti tal-lottu milli jilagħbu

0
799

Mill-1 ta’ Jannar li ġej l-impjegati tal-Maltco Lotteries u l-aġenti tal-lottu mhux se jkunu jistgħu jilgħabu aktar lottu.

F’ittra indirizzati lill-impjegati, aġenti, bejjiegħa, assistenti tagħhom u anke membri tal-bord tagħha Maltco Lotteries infurmathom li ma setgħux jixtru jew isarrfu biljetti ta’ kwalunkwe logħba li għandha.

Hija qaltilhom li biljett li nxtraw qabel l-introduzzjoni ta’ din il-policy jibqgħu validi sakemm id-data li nxtra tkun qabel l-1 ta’ Jannar.

Fl-ittra Maltco Lotteries wissiethom li hija tieħu passi kontra kull min jikser din il-proċedura.