Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li llum inqabżu l-200,000 swab test sa mill-bidu tal-pandemija tal-Covid-19 f’Marzu li għadda.
It-total kumplessiv ta’ swab tests li saru huwa ekwivalenti għal aktar minn 40% tal-popolazzjoni Maltija.
Ras għal ras, dan l-ammont ta’ swab test jagħmel lil Malta l-aktar pajjiż li qed jittestja l-popolazzjoni għall-Covid-19.
Today we hit the 200,000 mark for #Covid_19 swab tests in total – equivalent to more than 40% of #Malta’s resident population. pic.twitter.com/pwxkhveJNL
— Chris Fearne (@chrisfearne) September 5, 2020