Friday, May 3, 2024

Malta bl-inqas taxxa fuq il-kont tad-dawl

Aqra wkoll

L-aħħar ċifri tal-Eurostat dwar il-prezz tal-kontijiet tad-dawl fil-pajjiżi tal-UE juru li bejn Lulju u Diċembru 2019 Malta kellha l-irħas rata ta’ taxxa fuqhom imma anke r-raba’ l-inqas kontijiet.

Il-prezz f’Malta kien ta’ €13.1 għal kull 100 kilowatt fis-siegħa meta l-medja fil-pajjiżi membri kienet ta’ €21.6 u dik fil-pajjiżi li għandhom l-Ewro bħala l-munita tagħhom kienet €22.8.

Kienu biss il-Bulgarija b’€9.6, l-Ungerija bi €11 u l-Litwanja €12.5, dejjem għal kull kilowatt fis-siegħa, li kellhom kontijiet orħos minn ta’ pajjiżna bid-Danimarka jkollha l-ogħla kontijiet b’€29.2 għal kull kilowatt fis-siegħa.

Fir-rigward tat-taxxa fuq il-kontijiet dik ta’ Malta kienet ta’ 6% tal-kont meta l-medja fil-pajjiżi membri fl-istess perjodu kienet ta’ 41% u fiz-Zona Ewro 42%.

L-Eurostat sab ukoll li l-pajjiż bl-eqreb rata ta’ taxxa għal Malta kien l-Irlanda b’16% mentri l-ogħla rata kienet reġistrata fid-Danimarka b’64% tal-kont finali.

Sport