Saturday, November 30, 2024

MALTA B’REPUTAZZJONI TAJBA GĦALL-MOD KIF TUŻA L-FONDI EWROPEJ

Aqra wkoll

Il-fatt li pajjiżna assorba 100% tal-fondi Ewropej allokati lilu għall-perjodu 2014– 2020 kabbar ir-reputazzjoni u s-serjetà ta’ Malta dwar l-għaqal li bih qiegħda tonfoq l- istess fondi. Din inqisuha bħala kisba impor- tanti ferm għax hi frott il-ħidma, l-effiċjenza u d-determinazzjoni tal-Gvern u ta’ ħafna nies oħrajn.

Dan ifisser ukoll li l-investiment kollu li sar f’ħafna proġetti diversi sabu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Ibda mill-edukazz- joni u s-saħħa, il-kultura, il-qasam tal-enerġija u r-restawr ta’ siti storiċi fosthom il-Palazz tal-Gran Mastru. Għexieren ta’ proġetti kapitali u magħhom għexieren ta’ skemi soċjali fost oħrajn.

Dan is-suċċess ta’ assorbiment sħiħ tal-fondi Ewropej jawgura tajjeb ħafna issa li dħalna għal perjodu fejn din id-darba l-isfida hi akbar għax irridu naraw kif nonfqu b’mod tajjeb fondi akbar, id-doppju, li pajjiżna kiseb għas-seba’ snin li ġejjin.

Ta’ min ifakkar li l-fondi għas-seba’ snin preċedenti laħħqu 1.1 biljun ewro. 925.5 mil- jun ewro kienu investiti f’128 proġett li l-mira tagħhom kienet li l-ekonomija tagħna mhux biss tkun aktar kompettitiva imma wkoll in- novattiva, aktar u aktar meta l-ekonomiji qed isiru aktar diġitali.

Dawn ir-riżultati pożittivi jikkontradixxu bis-sħiħ dak li kienu jgħidu xi wħud illi l-Gvern qed jittraskura l-fondi u qed jonfoq bl-addoċċ dawn l-istess fondi. Iżda mhux talli l-fondi qed jintefqu b’għaqal imma saħansitra wkoll li l-fondi li ksibna rduppjaw.

Hawnhekk ukoll ninnotaw b’sodisfazzjon
l-impenn tal-Gvern li filwaqt li jkompli jaħsad l-opportunitajiet għal pajjiżna, ikompli jinvesti fiċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u jwettaq ħidma akbar li minnha jgawdu s-setturi kollha tas-soċjetà tagħna inklużi wkoll dawk li l-għajxien tagħhom jiddependi fuq l-infiq tal-konsumaturi.

Fl-isfond ta’ dan kollu inħeġġu wkoll biex aktar entitajiet, għaqdiet mhux governattivi u kunsilli lokali, jersqu ’l quddiem bi proposti għal proġetti li jkunu ta’ ġid u fejda għall-komunitajiet b’mod inġenerali. Dan ukoll inten- nuh meta nqisu li l-Gvern diġà ta prova ta’ kemm hu lest li jkompli jgħin u jinvesti fin-nies għal-lum u għall-ġejjieni.

Sport