Monday, May 13, 2024

L-Ukrajna mistennija tirċievi mal-€50 biljun mill-Unjoni Ewropea 

Aqra wkoll

Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qablu bejniethom li l-Ukrajna tingħata għajnuna ta’ iktar minn €50 biljun. Dan kollu jfisser li l-Ukrajna se tkun qed tirċievi fondi kruċjali.

Dan il-pass seħħ wara li għal dawn l-aħħar xhur, l-Ungerija kienet qed topponi li l-Ukrajna tingħata din l-għajnuna. Minkejja kollox, wara laqgħa li saret fi Brussell, il-Prim Ministru Ungeriż, Viktor Orban ħabbar li se jkunu qed jaqblu ma’ din l-għajnuna.

Il-ftehim intlaħaq wara laqgħat li saru bejn il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen u l-mexxejja ta’ Franza, l-Italja u l-Ġermanja. Preżenti għal dawn id-diskussjonijiet, kien hemm il-Prim Ministri tal-Olanda, il-Polonja u l-Belġju 

Sport